Previous slide
Next slide

Ir-raħal ta’ Ħal Tarxien jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Malta u huwa meqjus bħala wieħed mill-eqdem irħula f’Malta. L-isem Tarxien’ ġej mill-kelma ‘tirxa’ li tfisser ‘blata’. Dan ir-raħal ilu jeżisti iktar minn 4,000 sena u skont l-arkeologi t-Tempji Neolitiċi kienu jintużaw bħala post sagru fejn l-abitanti kienu jqimu lill-“Mara tal-Fertilità”. Ħal Tarxien huwa magħruf bħala post fejn isir tħaffir ta’ siti storiċi.

Il-popolazzjoni preżenti laħqet madwar 9,000 ruħ. Sas-sena 1960 ir-residenti kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom primarjament mill-agrikoltura, speċjalment mill-bejgħ tal-ħalib tal-mogħoż. Illum il-ġurnata ftit li xejn għadhom iżommu l-agrikoltura bħala l-għajxien ta’ kuljum tagħhom.