Proġetti
Sejħa 1-Tarxien Reach Out Centre
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, permezz tan-Norveġja Funds Small Grant Scheme, flimkien mal-assistenza tas-SEM, ħadem bis-sħiħ biex iwettaq Tarxien Reach Out Centre – Community Hall. L-għanijiet huma lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-istandards tal-għajxien sostenibbli tal-komunitajiet fil-bżonn f’lokalitajiet urbani. Il-Kunsill Lokali Ħal Tarxien identifika ħeġġa fost ir-residenti għal aktar opportunitajiet soċjali. Għalhekk, il-kunċett primarju ta’ ‘Reach Out Centre’ (sala komunitarja) kien li jindirizza d-diversi bżonnijiet fil-lokalità tagħna. Kienu meħtieġa titjib infrastrutturali biex jinħoloq post komdu u modern u jfornih bit-tagħmir kollu meħtieġ. Ir-Reach Out Centre se jospita wkoll il-librerija reġjonali ta’ Ħal Tarxien. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien se jkun qed jospita varjetà ta’ korsijiet fil-livell primarju u sekondarju fil-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u l-ICT, kif ukoll diversi korsijiet Artiġjanali u sessjonijiet ta’ Edukazzjoni Fiżika bħal Zumba, Yoga & Fitness. Sabiex il-komunità Ħal Tarxien tinġabar flimkien, se jsiru attivitajiet oħra fuq bażi kontinwa.
Previous slide
Next slide
Previous slide
Next slide
Sejħa 2- Empowering Community Socialisation